Sunday, December 22, 2024

ARA: Jgħoddha b’waħda wara li daħlu fih b’veloċità eċċessiva

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ karozza jista’ jgħoddha b’waħda. Dan hekk kif, waqt li kien qiegħed isuq fi Triq prinċipali f’San Pawl il-Baħar, spiċċa bil-karozza mdawra wara li sewwieq ieħor laqtu waqt li kien qiegħed jaqbżu fl-istess triq.

Dan hekk kif sewwieq ta’ karozza tat-tip BMW deher jiġi minn warajh u jaqbżu b’sewwieq ieħor jipprova jagħmel l-istess iżda fil-proċess jidher jitlef il-kontroll, jolqot lis-sewwieq li kien qiegħed isuq karozza tat-tip Skoda u sussegwentament jaħbat fil-crash barriers sakemm waqaf ftit metri ‘il quddiem.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-każ seħħ il-Ħadd, għall-ħabta tat-3:00 p.m u li f’dan l-inċident fortunatament ma ndarab ħadd. 

Ekonomija

Sport