Friday, April 19, 2024

ARA: Russell Crowe lura fil-Forti Ricasoli wara 22 sena

Aqra wkoll

Sensazzjoni inkredibbli. Hekk iddeskriva dak li seħħ illum wara nofsinhar il-Kummissarju tal-Films Johann Grech.

Dan hekk kif wara 22 sena l-Forti Ricasoli reġa’ kellha żjara mingħand persuna speċjali – Russell Crowe.

F’dawn l-aħħar sigħat, l-attur ta’ fama mondjali ma naqasx milli jqanqal il-kurżità tas-segwaċi tiegħu fejn beda jtella’ diversi ritratti ta’ pajjiżna u jsaqsi jekk jaqtgħux fejn jinsab.

Huwa qal ukoll li sar iħobb lil Malta fl-1999 u ddeskriva pajjiżna bħala wieħed affaxxinanti.

Il-Kummissarju tal-Films qal li l-film Gladator jibqa’ dejjem imfakkar bħala mument definittiv fl-industrija tal-films tagħna. 

Sport