Monday, October 14, 2024

Baqagħlek 3 ijiem ċans biex tara l-kometa

Aqra wkoll

Il-kometa li tidher mid-dinja darba kull 80,000 sena, qiegħda tidher mill-gżejjer Maltin ukoll.

Fil-fatt is-sit Maltese Islands Weather kiteb li l-kometa C/2023 A3 Tsuchinshan-ATLAS dehret minn Għajn Tuffieħa.

“Il-kometa bħalissa tidher fil-baxxa lejn il-punent ftit wara nżul ix-xemx. B’daqsxejn sforx tista tintlemaħ bl-għajn. L-użu ta’ tromba jew teleskopju jagħti l-aħjar opportunità. Ħudu vantaġġ ta’ dawn it-tlett ijiem ċari li fadal,” jinkiteb fuq is-sit Maltese Islands Weather.

Tista’ taqra wkoll Tidher il-Kometa A3… terġa’ tidher mid-dinja 80,000 sena oħra

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport