Saturday, May 4, 2024

“Bdiet tgeżwer pupa f’kutra u titbissmilha … forsi bħalma kienet titbissmilha ommha qabel mietet”

Ferħ kbir mit-tfal tal-"Happy School" hekk kif tmur iżżurhom Selah

Aqra wkoll

It-tifla Selah minn Gaza li fi Frar li għadda nġiebet Malta wara li ommha u ħuha nqatlu fil-gwerra, illum kellha ġurnata ta’ ferħ u anke ferħet lil mijiet tat-tfal li jattendu l-“Happy School” fir-Rabat Għawdex.

Lelio Spiteri l-Kap tal-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex f’messaġġ fuq il-midja soċjal qal li magħha t-tifla ġabet messaġġ ta’ paċi u mħabba. Diversi għalliema wkoll kitbu fuq il-midja soċjali dwar din l-esperjenza. It-tifla marret l-iskola ma’ missierha u anke mal-Ambaxxatur tal-Awtorita Palestinjana għal Malta.

Ma setax jonqos li t-tfal Għawdxin imlew lil Selah b’mijiet ta’ rigali li ħadet lura magħha lejn Malta.

Waħda mill-għalliema Valerie Cassar Mejlak kitbet fuq il-midja soċjali li Selah mill-ewwel dbiet tilgħab b’żewġ pupi, bdiet tgeżwer pupa minnhom f’kutra u titbismilhom b’imħabba kbira, probabbli bħalma kienet titbismilha ommha sa ftit tal-ġimgħat ilu.

Meta ġiet Malta f’messaġġ li kien għadda l-Prim Ministru Robert Abela, kien qal li “Lil Selah se nieħdu ħsiebha f’Malta minn qalbna”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport