Sunday, December 22, 2024

Bdiewa li ħassew li kellhom jipprotestaw biex isemmgħu leħinhom għax inkella jżarmaw

Intervista ma’ mara ta’ bidwi mill-Imġarr

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Iddeċidejna li nipprotestaw għax ħassejna li wasalna f’punt li jew se ningħaqdu u nuru x’hemm barra u l-uġigħ tagħna jew inkella nżarmaw”

Dan iddikjaratu mara ta’ bidwi f’intervista ma’ dan il-ġurnal, li saħqet li żewġha u hi attendew għaż-żewġ protesti bil-vann u t-tractor, minkejja li ħallew ix-xogħol kollu tal-biedja warajhom.

Hi rrimarkat li l-protesti li saru u li l-bdiewa ngħaqdu meta rraw li l-Unjoni Ewropea iffirmat l-Green Deal.

Skontha dan fih ħafna regoli stretti, fejn il-bidwi jista’ jżarma. Spjegat li l-EU se tkun qegħda tħallas lil bidwi biex iħalli r-raba’ vojta.

B’referenza għal pajjiżna, hija qalet li Malta hija ddiskriminatha ħdejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Erwopea, bir-raġuni li dawn ilhom ħafna jnaqqsu x’jistgħu jużaw bħala bexx fuq il-prodotti lokali.

Fir-rigward ta’ pajjiżna, żiedet tgħid li f’Malta jittieħdu samples lill-bdiewa qabel ma jidħlu l-pitkalija.

Semmiet kif għalhekk il-bdiewa jidu li l-awtoritajiet jieħdu samples ukoll fuq prodotti li ġejjin minn barra, li skontha huma bla kontroll u limitu.

Dwar l-Ewropa u l-biedja, il-mara tal-bidwi qalet li l-Ewropa ma tistax taħdem hekk, li ttik difer għajnuna u titfalek vleġeġ minn wara daharek.
Temmet tgħid; “Bħala mara, naf li hawn ħafna nisa jaħdmu ma-raġel tagħhom fl-għelieqi u serer… imma dan xogħol li jekk ma tkunx ġo fih jew tfittex minn qabel kemm se jkollok qligħ… Insa ! Ħdud, festi, leave u mard ma jeżistux… ħinijiet fissi lanqas…. il-bidwi jħabbat wiċċu magħhom kuljum iimma mhux waħdu: l-pjanta u l-prodott ukoll”.

Ekonomija

Sport