Saturday, December 21, 2024

Black Friday nieqes minn kjuwijiet twal iżda b’attendenza konsiderevoli

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ġurnata tant mistennija minn dawk li jħobbu jagħmlu x-xiri tagħhom f’dawn iż-żminijiet tal-Black Friday waslet ukoll.

Minkejja l-maltemp qawwi tal-bieraħ, b’diversi toroq għadhom qegħdin ibatu mill-ilmijiet kbar li kkawżaw ħsarat f’diversi żoni, għadd ta’ persuni llum ma naqsux milli jżommu mat-tradizzjoni u jmorru biex jagħmlu x-xirjiet tagħhom.

Minkejja dan, jidher li dak li seħħ ilbieraħ kienet waħda mir-raġunijiet li l-attendenza ta’ kmieni filgħodu ma kinitx dik li normalment imdorrijin naraw fuq il-midja soċjali; kjuwijiet sa minn kmieni filgħodu biex jibbenefikaw mill-aqwa offerti reklamati għal dan il-jum

Ekonomija

Sport