Monday, June 22, 2026

Borg jgħid li se jħabbar ix-Shadow Cabinet “fil-jiem li ġejjin”

Aqra wkoll

F’intervista li saritlu fuq NET Television ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qal li se jħabbar ix-Shadow Cabinet tiegħu fil-jiem li ġejjin.

Dr Borg qal li l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jeleġġi 13-il deputat ġdid f’din il-leġiżlatura filwaqt li fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-PN hemm 12-il deputat mara. Huwa qal ukoll li se jaraw li minn dan is-Sajf stess, id-Deputati jkunu qrib in-nies il-ħin kollu. 

Dr Borg saħaq ukoll fuq il-bżonn ta’ riformi fil-mod kif jaħdem il-Parlament. Huwa qal li l-Parlament għandu jkun aktar effettiv, aktar trasparenti u aktar qrib in-nies. Qal li l-Partit Nazzjonalista għadu jemmen li għandhom jiddaħħlu l-Prime Minister’s Questions ta’ kull ġimgħa.

Dwar il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista li se jiftaħ nhar l-Erbgħa, kif jitlob l-Istatut tal-Partit wara kull elezzjoni, Alex Borg appella lill-Kunsillieri biex iħarsu ’l quddiem u jkomplu jibnu fuq dak li qal li nbeda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport