Tuesday, December 24, 2024

Bugħaddasa jsibu ruħhom f’diffikulta’ f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-2.15pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi taż-Żonqor, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li żewġ bugħaddasa nisa sabu ruħhom f’diffikultà waqt li kienu qed jogħdsu.

Minnufih intalbet l-assistenza tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post, tellgħu l-bugħaddasa mill-baħar, u ħaduhom l-art.

Fuq l-art, tim mediku beda jassistihom u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Aktar tard, waħda minnhom, li hija miċ-Ċina u għanda 32 sena, kienet iċċertifikata bi ġrieħi  ħfief, filwaqt li l-oħra, li l-identitá tagħha għadha mhix magħrufa, kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport