Christ Gatt huwa ż-żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Imtarfa li tilef ħajtu f’aċċident fħdejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, qrib l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00p.
Il-vittma kien qed isuq BMW, u miegħu bħala passiġġier ien hemm żagħżugħ ta’ 23 sena li ddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Filwaqt li x-xufien ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post, il-passiġġier ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u l-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-vettura u spiċċa fuq il-karreġġata opposta li tagħti lejn il-bidu tal-mina direzzjoni lejn iż-Żurrieq, b’impatt mal-pilastri tal-konkos li fuqhom tistrieħ it-triq tal-Ajruport.
Aqra wkoll Raġel ta’ 24 sena mill-Imtarfa hu l-vittma tal-inċident tat-traffiku