Illum, għall-ħabta tas-7:00 a.m., intalbet l-assistenza fi Triq il-Mosta, l-Imġarr.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar ġarrab ġrieħi meta għal xi raġuni waqt li kien qed isuq rota waqa’, bil-konsegwenza li ħabat f’vann Iveco li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żejtun.
Tim mediku kien imsejjaħ fuq il-post u ċ-ċiklist ittieħed l-isptar b’ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

