Sunday, May 17, 2026

Raġel arrestat waqt spezzjoni tat-traffiku f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 25 sena residenti l-Ħamrun matul il-lejl illi għadda ġie arrestat waqt spezzjonijiet tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa. Huwa nstab fil-pussess ta’ droga, allegatament bi skop ta’ traffikar.

Kienu għall-ħabta tal-10:30 p.m., meta twaqqfet Toyota Yaris u waqt li lPulizija talbu lix-xufier jippreżenta d-dokumenti tas-sewqan huwa deher iġib ruħu b’mod
suspettuż.

Minħabba suspett raġjonevoli li seta’ kellu xi ħaġa llegali fil-karozza, saret tfittxija, fejn instabu madwar 30 borża bi droga suspettata kokaina, madwar 30 pillola suspettata MDMA, kif ukoll borża oħra b’sustanza suspettata kannabis.

Id-droga nstabet f’ċirkustanzi li jindikaw li ma kinitx għall-użu personali. Fil-karozza nstabu ukoll oġġetti relatati mat-traffikar tad-droga, kif ukoll ammont
konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti filjiem illi ġejjin. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport