Żagħżugħ qed isorfi minn ġrieħi gravi, wara li aktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Fortunato Mizzi fir-Rabat Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ illi sar irriżulta li ż-żagħżugħ ta’ 16 -il sena residenti l-Għarb, kien qiegħed isuq rota u ntlaqat minn bieba ta’ vettura pparkjata, li fiha kien hemm raġel ta’ 67 sena residenti n-Nadur, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.