Sunday, November 24, 2024

“Dan ix-xiħ… diġà nħobbu. Illum mort u ġbartu… hu kif inhu”

Jiġi addottat “in-Nannu Nelson”

Aqra wkoll

Kienet Christa Cilia li addottat l-ixjaħ kelb li kien hemm fl-Annimal Walfare f’Malta. Imlaqqam “in-Nannu Nelson” kien ilu jistenna lil xi ħadd biex joffrilu dar u familja.

Cilia li hija magħrufa għal imħabba li għanda lejn l-annimali kiteb li “dan ix-xiħ… diġà nħobbu. Lanqas mort niltaqa’ miegħu, illum mort u ġabrtu… hu kif inhu.”

Hi tkompli tgħid li ma tħobbx tagħżel bejn kelb u ieħor. “Ġie l-kliem fuq Nelson u għetilhom dak hu li rrid, kelb anzjan. Inħoss li għalkemm għandi 17-il kelb ieħor miegħu hemm dik il-ħaġa nieqsa.”

Cilia kitbet li riedet taddotta anzjan jew anzjana għax taf li dawn l-inqas li jiġu addottati. “Nelson għandu bejn 13 u 15-il sena u għalhekk għażilt l-aktar anzjan li kien hemm fix-shelter.”

Sport