Il-kowċ ta’ West Ham United David Moyes tkellem dwar ir-ritorn possibbli ta’ Jesse Lingard li bħalissa jinsab aġent ħieles wara li telaq lil Manchester United.
Lingard kien parti mit-tim tal-Hammers bejn Jannar u Ġunju 2021 hekk kif minn 16-il logħba skorja disa’ gowls u wettaq ħames assists.
Moyes qal li jixtieq jara lil Lingard lura u sostna li m’għandhiex tkun biċċa xogħol impossibbli li jsir dan.