Fl-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, li saret b’mod konġunt mal-Grupp Parlamentari wara l-elezzjoni ġenerali, sar il-proċess sabiex ġew deċiżi liema distretti għandhom iċedu Membri Parlamentari eletti minn żewġ distretti, jiġifieri l-elezzjonijiet każwali.
Permezz ta’ vot sigriet waqt din il-laqgħa, l-Eżekuttiv Nazzjonali ddeċieda li:
Il-Prim Ministru Robert Abela, elett mit-tieni u l-ħames distrett, iċedi s-siġġu tat-tieni distrett.
Chris Fearne, elett mit-tielet u r-raba’ distrett, iċedi s-siġġu tat-tielet distrett.
Ian Borg, elett mis-sitta u s-seba’ distrett, iċedi s-siġġu tas-seba’ distrett.
Clyde Caruana, elett mit-tieni u t-tmien distrett, iċedi s-siġġu tat-tmien distrett.
Clifton Grima, elett mid-disa’ u l-għaxar distrett, iċedi s-siġġu tad-disa’ distrett.
Michael Falzon, elett mid-disa’ u l-għaxar distrett, iċedi s-siġġu tad-disa’ distrett.
Miriam Dalli, eletta mill-ħames u l-ħdax-il distrett, iċċedi s-siġġu tal-ħdax-il distrett.
Jonathan Attard, elett mir-raba’ u tnax-il distrett, iċedi s-siġġu tat-tnax-il distrett.


