Thursday, June 4, 2026

“Malli innessu l-istorja inmorru l-baħar” – il-politiku veteran Joe Debono Grech

Aqra wkoll

Ma nafx kemm-il darba nismagħha ‘u dak ilu li seħħ’. ‘Aħna llum qegħdin ngħixu’. Min jaf kemm qalulhiex żgħażagħ li tkun qiegħed titkellem magħhom u l-kliem jaqa’ fuq il-passat u dak li għaddejna minnu. ‘Dak issa għadda’, tkun frażi li nisma’. Tgħidilhom imma li l-istorja hi bħal ċirku terġa’ tirrepeti ruħha. Tara reazzjoni ta’ xettiċiżmu.  Ma jemmnukx. U dan il-fatt aktar mhu jgħaddi żmien aktar qegħdin narawh iseħħ. Żgħażagħ li telgħin donnhom mhux interessati jitgħallmu mill-passat. Ma jridux ikunu jafu l-istorja. Iħossuhom distakkati, għax issa għaddew is-snin. U quddiem dan hemm min irid ikull inessi ġrajjiet tal-passat.   Illum jaf tħossok sorpriż jekk tmur tistaqsi żgħażagħ fuq avvenimenti li affettwaw id-dinji snin ilu. Tħossok sorpriż għax juruk li ma jafux. 

Dan hu fatt li faċilment jista’ jkollu konsegwenzi servi. Meta ninsew il-passat storiku, dak li għaddejna minnu, l-effetti jkunu kbar fuq is-soċjetà li ngħixu fiha. Jekk tinsa l-passat aktar li terġa’ tirrepeti l-istess żbalji. 

Mingħajr storja, id-dinja titlef il-lezzjonijiet li tkun tgħallmet u ssir aktar faċli biex tirrepeti l-iżbalji li tkun għamlet u terġa’ tiffaċċja l-problemi u kriżijiet ta’ qabel. Jekk tinsa l-passat jew twarrbu, għandek riskju li iddgħajjef l-identità u l-kultura ta’ dik is-soċjetà partikolari.  Fuq kollox, li tnessi l-passat ifisser li tkun qiegħed iddgħajjef is-soċjetà u dan għax mingħajr għarfien storiku, in-nies jistgħu jiġu influwenzati aktar faċilment u ma jifhmux il-konsegwenzi tal-azzjonijiet.

Mal-politiku veteran, Joe Debono Grech tkellimna dwar dan l-aspett. Fi kliemu stess, malli ‘innessu l-istorja inmorru l-baħar.”

  • “Il-Moviment għandu storja kbira….
  • …ma nnessuhiex”

Joe Debono Grech jitkellem magħna dwar din il-kampanja elettorali li għadha kif għaddiet u jgħidilna li “jien nagħmel appell. Isma’ dawn qed joffru l-ġenna tal-art.  Dawn temmnuhomx għax dawn dejjem fl-aħħar, u jien kont ngħidilhom fil-Parlament, li milli għedtu m’hemm xejn. Isibu skuża kif ma jtukx dak li jkunu wegħdu. It-taxxa tad-dħul kienu qalu li se jnaqqsuha u spiċċaw żiduha.  Din hi l-importanti, ngħallmu liż-żgħazagħ. Il-Moviment għandu storja kbira u ħadd m’għandu bħalha. Kemm il-GWU u kemm il-Partit Laburista. Li ma kienx il-moviment tal-ħaddiema, il-ħaddiem illum la għandu sick leave la għandu leave, mgħandu xejn. Niftakar meta dħalt id-Dowty, la kellna sick leave u lanqas leave.  Bis-saħħa tal-GWU, kemm id-Dowty u kemm ix-xatt tjiebu l-pagi. Jien meta dfħalt ix-xatt kelli Lm4 liri u ħames xelini fil-ġimgħa, lanqas lira kuljum.  Bis-saħħa tal-GWU, il-ħaddiem tax-xatt baqa’ miexi u li kieku ma kienx Ġuże Abela u l-GWU kieku l-ħaddiem tax-xatt kien jibqa’ mal-kuntrattur.”

Itenni li “l-ħaddiema tax-xatt kienu magħrufa bħala ‘foreman’. Riedu jħallsu  sold tal-inċirata, sold għad-Duluri biex jixgħelu d-Duluri u sold għall-kelb għax kien ikollu l-kelb.   Meta kien jidħol vapur, kulħadd kien jintefa’ hemm. Meta telgħu in-Nazzjonalisti, fis-sena 1987 neħħewlhom il-wirt u kien Gvern Laburista li rega’ ġabilhom il-wirt, fi żmien il-gvern ta’ Alfred Sant. Dakinhar jien kont Segretarju tal-portijiet u jien u l-GWU u kien hemm Toni tal-Mużew u oħrajn nafhom bħala ‘Maċċijiet ‘, li kien u ħaddiema tax-xatt u bis-saħħa tagħhom erġajna ġibna l-wirt. Kellhom fond u kien se jeħodulhom il-Gvern Nazzjoanlsita. Dawn ma jafuhomx in-nies għax qatt ma ngħiduhom.”

Bis-saħħa ta’ Gvern Laburista għandu

l-ġimgħa ta’ 40 siegħa xogħol

Niftakar meta tlajna fis-sena 1971. Hyzler kien il-Minitru li taħt jaqgħu l-ħaddiema tax-xatt. Riedu li jżidu 6 pence kull tunnellata. Ma ħallihomx. Ħadem kollox il-gvern. Għamel struttura u din ġiet f’idejn il-ħaddiema u n-nies tax-xatt. Wara kienu se jerġgħu ikissruha  imma bis-saħħa tal-Gvern tal-Partit Laburista dan ma seħħx. Hu importanti li dawn ifakkruhom. Aħna konna naħdmu mit-Tnejn sas-Sibt. Meta tela’ l-gvern Laburista, ġejna b’40 siegħa xogħol bis-saħħa tal-GWU u ħadna 52 Sibt ‘off’.  Biex taħdem is-Sibt, ridt titħallas bis-siegħa sagħtejn. Kellna l-leave u kien hawn min qalilna li ħadilna l-festi kmandati. Il-festi kmandati neħħiethom il-knisja, fosthom it-Tre Re. Tant ma Kinux festi kmandati li meta erġajna daħħalnihom, għamilnihom festi pubbliċi għax il-gvern ma jistax jagħmel festi kmandati.  In-Nazzjonalisti ma tkellmux għax l-aqwa żewġ festi li kienu ta’ Alla, aqwa mill-qaddisin, il-Corpus li kien il-Ħamis u Lapsi li kien il-Ħamis, dawn għax ma kellhomx voti u allura m’għamluhom festi pubbliċi. Fejn kellhom il-voti għamlu festi pubbliċi. San Pawl reġa’ daħħlu l-Partit Laburista u l-oħrajn telgħu huma u għamluhom festi pubbliċi. Veru neħħa dawk imma kien tana 25 ġurnata leave ta l-gvern.. Dan meta l-ħaddiem ma kellux leave.  Kont trid tiġġieled biex tieħu leave, jew meta jmutlek xi ħadd. Illum niftaħru b’tal-wild, dak iż-żmien ma kont tieħu xejn.” 

Jisħaq li “lanqas l-isptar ma kien b’xejn. Jien meta twieldet it-tifla bgħattli kont ta’ Lm40. Dawn insejnihom u rridu nitkellmu fuqhom. Malli innessu l-istorja inmorru l-baħar.”

In-nies kienu jgħiduli li jien salvaġġ…twiegħedx

affarijiet li ma tistax twettaq

….hawn kandidati li qegħdin iwegħdu l-Alla

Joe Debono Grech jgħidilna li “n-nies kienu jgħiduli li jien salvaġġ. Jien jekk għandek dritt ngħidlek iva u mhux se noqgħod indurlek mal-lewża. Għandu jkun in-nies jieħdu pjaċir tgħaddihom biż-żmien. Jien mhux kapaċi. Lil Yana ngħidilha, iva iva, le le. Twiegħedx għax wara jiġu għalihom l-affarijiet in-nies. Hekk taħdem u tbati. Jgħidulek ħalli f’idi u mbagħad jiġu u jgħidulek irranġajtli, u tgħidlu ejja ġimgħa oħra.  Jien ngħid lin-nies nista’  nippruvajtlek, imma fejn ma nistax ngħidlu din ma nistax nagħmilha. Issa jekk għandek lil ħaddieħor mur għand ħaddieħor għax forsi ħaddieħor jaqdieħ. Imma ma tkunx dħakt bih. Jien illum qed Kastilja naqdi lin-nies u meta naqdihom qisni tlajt is-sema. Għalija isbaħ minn rigal. Ġieli ġabuli rigali u ngħidilhom jien ma rrid xejn. Qdejtek għax hemm il-partit fil-gvern. Meta jgħidli mhux se jivvota iweġġgħani. Jekk jibqa’ jinsisti, ngħidlu l-vot tiegħek, ivvota lin-Nazzjonalisti għax jaqduk ukoll. U hu jkun pront jgħidli le u jien ngħidlu li la mhux se jivvota se jkun qed jivvota lin-Nazzjonalisti. Mhux aħjar tgħidlu l-verità bniedem flok tidħak bih. Forsi jarawni salvaġġ hekk”.

Jisħaq li “llum hawn kandidati li qegħdin iwegħdu l-Alla. Dawk ħsara qegħdin jagħmlu lill-partit. Għax wara taf li ma tistax taqdihom. Jien ngħid li ċerti affarijiet twiegħedx għax tkun taf li ma tistax taqdihom. Wara se jiġu n-nies li tkun wegħdthom u jispiċċa jeħel il-partit. Dik ma nagħmilhiex. Twiegħed dak li hemm fil-manifest. Dak li hemm barra l-manifest twegħdux għax ma tistax ittih. Dan hu t-twemmin tiegħi”, jgħidilna Joe Debono Grech. 

 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport