Saturday, February 22, 2025

Dipartiment ġdid tal-Gastroenteroloġija u Immunoloġija fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

F’konferenza fl-Isptar Mater Dei għal speċjalisti fid-Dipartimenti tal-kirurġija u r-radjoloġija, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li fil-jiem li ġejjin ħa jibda jiffunzjona d-dipartiment il-ġdid tal-Gastroenteroloġija u Immunoloġija.

Il-Ministru Abela qal kif it-twaqqif ta’ dan id-Dipartiment huwa parti mir-riformi li qed jimmodernizzaw is-servizzi mediċi f’pajjiżna. Spjega kif dan id-Dipartiment ħa jkun qed jiffoka fuq mard tas-sistema diġestiva, b’mod speċjali kundizzjonijiet infjammatorji bħal kolite (alserative colitis), u Crohn’s Disease. Qal kif dawn il-kundizzjonijiet jeħtieġu aktar kura speċjalizzata u ffukata u l-Gvern għaraf li dipartiment dedikat ħa jkun jista’ joffri trattament modern u ffukat.

Il-Ministru Abela saħaq kif din it-taqsima ħa tkun tista’ żżid proċeduri li għandhom x’jaqsmu ma’ screening għal felul u kanċer tal-musrana. Dan il-pass ħa jkun qed jgħin biex l-età ta’ eleġibilità tkun tista’ titwessa’ aktar. Qal kif l-ispeċjalisti fil-gastroenteroloġija ħa jkunu joffru wkoll servizz ta’ emerġenza biex jiġu trattati pazjenti b’emorraġija interna.

Il-parti immunoloġika ta’ dan id-Dipartiment, ħa tinvestiga u titratta d-diversi kundizzjonijiet allerġiċi li eluf ta’ persuni jbatu bihom f’pajjiżna.

“Dan id-dipartiment ġdid, flimkien mad-Dipartimenti tal-Kirurġija u r-Radjoloġija ser ikunu qed joffru servizzi ħolistiċi. Dan huwa investiment fir-riżors uman li flimkien ma’ investimenti oħra fit-tagħmir u fl-infrastruttura, ħa jirriżulta f’kura aħjar għall-pazjenti f’Malta u Għawdex,” temm jgħid il-Ministru Abela.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport