Friday, December 13, 2024

“Dizillużi’ dwar projbizzjoni ta’ adozzjoni mir-Russja

Aqra wkoll

Diversi ġenituri li qegħdin jippjanaw li jmorru għal adozzjoni flimkien ma’ ġenituri li adottaw tfal mir-Russja snin ilu, fi kliemhom stess jinsabu ‘diżillużi’ hekk kif ir-Russja iddeċidiet li b’liġi ikun illegali li jsiru adozzjonijiet lejn pajjiżi fejn it-transizzjoni tal-ġeneru hi legali.

Fost dawn hekk għadd ta’ pajjiżi Ewropej u Malta. Fi kliem koppja li adottat mir-Russja qaltilna li “kien hemm diġa deċiżjoni sentejn ilu mal-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna biex ma jkunux jistgħu isiru adozzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi oħra.

Ittamajna li din wara xi żmien titneħħa. Nixtieq li l-adozzjonijiet mir-Russja jerġgħu jieħu l-ħajja wara li kienu waqfu. Hu ta’ dispjaċir li naraw li issa ittieħdet din id-deċiżjoni, li issa tkompli turi li m’hemm ebda tama li fil-futur qrib jerġgħu isiru adozzjonijiet mir-Russja”.

L-istess ġenituri qalulna li “hi x-xewqa ta’ ħafna minn dawk li adottaw mir-Russja li naraw il-komunità ta’ dawn it-tfal tissaħħaħ aktar. Hi ħasra li din il-komunità li kienet qed tikber sew sa għadd ta’ snin ilu, issa waqfet minħabba dawn id-deċiżjonijiet mill-Gvern Russu”.

Fl-aħħar jiem il-Parlament għadd liġi li permess tagħha ipprojbixxa li jsiru adozzjonijiet ta’ tfal Russi lejn tfal fajn it-tranżizzjoni tal-ġeneru hi legali. Ir-Russja approvative miżura li qiegħda tipprojbixxi it-tixrid ta’ material li jinkoraġixxi biex il-ġenituri ma jkollhomx tfal. B’kollox hemm 15-il pajjiż li din il-projbizzjoni marbuta lejn pajjiżi fejn it-tranzizzjoni tal-ġeneru hi legali.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport