Electrogas Malta Limited tħaddem programm ta’ investiment fil-komunità li bih tfittex li tinvesti għall-ġid tal-komunità Maltija.
Inizjattiva riċenti bħala parti minn dan il-programm kienet donazzjoni tal-ktieb ‘Karamellu tar-Raħal t’Isfel’ lil kull studenta fil-klassijiet tar-raba’, ħames u sitt sena fl-iskola St Monica tal-Gżira.
Dan sar b’appoġġ għall-edukazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-istudenti u b’sostenn tal-importanza u l-apprezzament tal-kultura u l-lingwa Maltija.
L-istudenti ingħataw ukoll l-opportunità li jiltaqgħu mal-awtur Charles Buttigieg u jsaqsuh dwar l-esperjenza tiegħu bħala kittieb.
Il-kumpanija tispera li din l-esperjenza memorabbli tħeġġeġ lill-istudenti mhux biss sabiex jaqraw il-ktieb, iżda wkoll biex tħeġġeġ il-ħerqa tagħhom għal kitba kreattiva.
“Huwa ta’ unur għalina li nkunu t’għajnuna fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp ta’ studenti Maltin, billi nipprovdulhom kotba tal-qari li jiċċelebraw il-kultura u l-wirt Malti” qalu uffiċjali ta’ ElectroGas. “Bħala kumpanija nemmnu li l-investiment fil-komunità huwa responsabbiltà tagħna, u għalhekk aħna ferm kburin li ħdimna għal dan il-għan. Nisperaw li din id-donazzjoni tħeġġeġ kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn sabiex bħalna jinvestu fl-edukazzjoni u fl-iżvilupp tal-istudent.”
Fix-xhur li ġejjin, ElectroGas ser tkun qed tagħmel proġetti simili ġewwa skejjel primarji oħra.