Il-midja tal-Istati Uniti ħarġu kontra l-amministrazzjoni tal-pajjiż u kkritikawha bil-qawwa għall-fatt li fittxet ftehim dwar l-enerġija nukleari ċivili mal-Għarabja Sawdija, li jista’ jippermetti l-arrikkiment tal-uranju fuq livell domestiku, filwaqt li għadha tkompli tiċħad l-istess drittijiet lill-Korea t’Isfel, li hi alleat u potenza nukleari globali li ilha żmien twil tosserva t-Trattat dwar in-NonProliferazzjoni Nukleari (NPT).
In-New York Times enfasizzat din il-kontradizzjoni f’artiklu tat-23 ta’ Lulju bittitlu “U.S. – Saudi Nuclear Agreement Exposing Double Standard Toward South Korea”, fejn sostniet li l-politika tal-Amerika dwar in-non-proliferazzjoni qed tiffaċċja inkonsistenza fundamentali minħabba l-Għarabja Sawdija.
Il-gazzetta nnotat li l-Istati Uniti waqqfu l-programm sigriet tal-Korea t’Isfel għalliżvilupp ta’ armi nukleari fissnin sebgħin u minn dak iżżmien ’l hawn baqgħu jimponu restrizzjonijiet stretti u riġidi fuq l-arrikkiment taluranju. L-Istati Uniti għamlet hekk minkejja li l-Korea t’Isfel issieħbet fit-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni Nukleari (NPT), aċċettat spezzjonijiet rigorużi mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), u żviluppat industrija tal-enerġija nukleari ta’ livell dinji.
Din il-pożizzjoni baqgħet l-istess anke wara li l-Korea ta’ Fuq żviluppat armi nukleari. Madankollu, il-ftehim li l-amministrazzjoni Trump għamlet mal-Arabja Sawdija ftit jiem ilu, li fetaħ il-bieb għall-possibbiltà ta’ arrikkiment tal-uranju fuq livell domestiku, qajjem mistoqsijiet f’Seoul dwar “Għaliex dan huwa permess għall-Arabja Sawdija iżda mhux għall-Korea t’Isfel?”.
In-New York Times analizzat kif il-fatt li l-Istati Uniti qed jikkunsidraw drittijiet ta’ arrikkiment għall-Arabja Sawdija, pajjiż li m’għandux reattur nukleari kummerċjali wieħed, filwaqt li qed jiċħdu l-istess drittijiet lill-Korea t’Isfel, li topera 26 reattur, juri biċ-ċar l-użu ta’ standards doppji fil-politika nukleari Amerikana.
L-artiklu qabbel ukoll il-pożizzjoni tal-mexxej talArabja Sawdija, il-Prinċep Eredi Mohammed bin Salman – li hedded pubblikament li jfittex li jikseb armi nukleari jekk l-Iran jagħmel l-istess – ma’ dik tal-Korea t’Isfel, li żammet politika konsistenti ta’ dipendenza fuq l-umbrella nukleari talIstati Uniti mingħajr ma tfittex li takkwista armamenti nukleari.
Minbarra hekk, filwaqt li l-Korea t’Isfel ilha għexieren ta’ snin tissuġġetta ruħha għal spezzjonijiet stretti tal-IAEA, l-Istati Uniti qed japplikaw kundizzjonijiet relattivament laxki għall-Arabja Sawdija; mossa li tista’ titqies bħala prijoritizzazzjoni tal-interessi ġeopolitiċi fuq il-prinċipji tan-non-proliferazzjoni. In-New York Times bassret li dan il-ftehim jista’ jikkomplika n-negozjati tal-Korea t’Isfel biex jiġi rivedut ilpatt nukleari bejn l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel.
Seoul ilha żmien twil tfittex drittijiet estiżi għall-arrikkiment tal-uranju sabiex tistabbilizza l-provvista tal-fjuwil nukleari tagħha u tipproċessa mill-ġdid il-fjuwil użat. Il-gazzetta wissiet li jekk l-Istati Uniti jkomplu jżommu r-restrizzjonijiet fuq ilKorea t’Isfel filwaqt li jippermettuhom lill-Arabja Sawdija, dan jista’ jwassal għal nuqqas ta’ sodisfazzjon u qasma fi ħdan l-alleanza Stati Uniti – Korea t’Isfel.
