Saturday, May 16, 2026

Dr Joseph Muscat isaqsi:“Kemm se jkeċċi mill-barranin li hawn?”

Aqra wkoll

L-Awtorita’ tal-Popolazzjoni. Wara snin jgħid li għandu soluzzjoni għall-hekk imsejjħa overpopulation, il-Partit Nazzjonalista qed jgħid li din hi li joħloq Awtorita’ tal-Popolazzjoni.

Ejja ninsew li x-xogħol ta’ din l-awtorita’ diga’ jagħmluh Identita’ (proċessar tal-permessi) u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u Jobs Plus (Labour Force Survey u studji dwar is-suq tax-xogħol). Ejja ninsew ukoll li awtorita’ oħra jonqos meta wegħdu li se jneħħu l-burokrazija (fosthom biex suppost iraħħsu l-kontijiet).

L-idea ta’ awtorita’ simili għandha għeruq fl-ideoloġija faxxista. 90 sena ilu, il-Gvern Faxxista ta’ Mussolini waqqaf l’Ufficio Centrale Demografico fi ħdan il-Ministru tal-Intern Taljan biex jikkontrolla l-livell tal-popolazzjoni. Huwa każ ta’ back to the origins għall-PN.

L-aħħar pajjiż fid-dinja li kellu awtorita fuq il-livell tal-popolazzjoni kienet iċ-Ċina. In-National Population and Family Planning Commission ġiet xolta fl-2013 għaliex il-Gvern Kommunista Ċiniż beda jqisha bħala wisq intrussiva.

Niskanta kif uħud li malajr jagħtu lill-Partit Laburista ħafna laqmijiet, baqgħu siekta fuq inizjattiva ideoloġikament dubjuza. Jekk il-Partit Nazzjonalista jrid jittieħed bis-serjeta’ dwar il-“problema” tal-barranin li ilu jrewwaħ għandu jgħidilna:

Kemm se jkeċċi mill-barranin li hawn? Lil min se jkeċċi l-ewwel? Liema oqsma se jġiegħel li jagħlqu minħabba nuqqas ta’ ħaddiema barranin? Se jdaħħal anqas anzjani fid-djar tax-xjuħ per eżempju? Kemm se tkun il-kwota ta’ barranin kull sena?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport