F’dan l-istħarriġ staqsejna wkoll: “𝘓𝘪𝘦𝘮𝘢 𝘮𝘦𝘹𝘹𝘦𝘫 𝘱𝘰𝘭𝘪𝘵𝘪𝘬𝘶 𝘵𝘪𝘱𝘱𝘳𝘦𝘧𝘦𝘳𝘪 𝘣ħ𝘢𝘭𝘢 𝘗𝘳𝘪𝘮 𝘔𝘪𝘯𝘪𝘴𝘵𝘳𝘶 𝘵𝘢’ 𝘔𝘢𝘭𝘵𝘢?”
Fost dawk li vvutaw lill-Partit Laburista 2022, 86.9% jippreferu lil Robert Abela, filwaqt li 3.0% semmew lil Alex Borg. Il-bqija kienu indeċiżi (5.1%), qalu ħadd (4.5%) jew qalu ‘oħrajn’ (0.5%).
Min-naħa l-oħra, fost dawk li vvotaw lill-Partit Nazzjonalista fl-2022, 80.1% jippreferu lil Alex Borg, u 3.7% lil Robert Abela. Il-bqija kienu indeċiżi (6.8%), 6.6% qalu ħadd jew qalu ‘oħrajn’ (2.8%).
Dan l-istħarriġ sar bejn is-7 ta’ Mejju u t-13 ta’ Mejju 2026 permezz tat-telefon u l-mowbajl. Il-kampjun kien ta’ 1,200 persuna b’Confidence Level ta’ 95% u Confidence Interval ta’ ±2.8%, fost persuni ta’ 16-il sena ’l fuq. Is-sample kien kalibrat fuq id-demografija Maltija u fuq kif in-nies ivvutaw fl-elezzjoni ġenerali tal-2022 sabiex tinkiseb preċiżjoni massima. Għal dawk li ma wieġbux, intuża l-metodu tal-Multiple Imputation Technique.
Meta wieħed jikkunsidra xenarji u mudelli differenti ta’ x’jista’ jiġri minn dan il-grupp ta’ nies indeċiżi, id-distakk bħalissa qed ivarja bejn 9% u 11%, apparti l-margin of error li jġorr miegħu kull kampjun u kull survey. Huwa interessanti wkoll li wieħed jinnota li ċ-ċaqliq tal-voti bejn il-partiti huwa wieħed żgħir; fil-fatt, moviment lejn partit qed jiġi kkumpensat minn moviment lejn l-ieħor. Wieħed jista’ jibda jagħmel ukoll analiżi fuq livelli differenti ta’ turnout.
Abbażi tat-trends ta’ elezzjonijiet passati, fejn qed naraw li t-turnout qed jonqos, kif ukoll abbażi ta’ dan is-survey, wieħed jista’ jinkludi dan il-fattur bħala parti mill-analiżi wkoll. Fil-fatt, kemm it-turnout kif ukoll il-livell ta’ indeċiżi jistgħu jaffettwaw id-distakk ta’ bejn il-partiti.
Meta wieħed iqis xenarji differenti, kemm dwar l-indeċiżi kif ukoll livelli differenti ta’ turnout, id-distakk ivarja bejn 26,000 u 32,000 vot favur il-Partit Laburista, bil-medja tad-distakk fil-voti bħalissa tkun ta’ madwar 29,000 vot favur il-Partit Laburista.

