Id-direttur sportiv ta’ Bayern Munich Max Eberl ikkonferma li l-estensjoni tal-kuntratt tal-plejer tagħhom Jamal Musiala mhux se titħabbar għalissa. L-istess Eberl qal li hu kunfidenti li dan il-plejer se jkompli l-avventura tiegħu fl-Allianz Arena minħabba li hu parti importanti mill-pjanijiet tattiċi tal-kowċ Vincent Kompany.
Musiala għandu 21 sena u matul dan l-istaġun lagħab 11-il partita u skorja tmien gowls u wettaq assist wieħed.