“Ejja nieħdu ħsieb lilna nfusna u lil xulxin matul dawn il-jiem ta’sħana qawwija”

– is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“ Minħabba t-temperaturi għoljin mistennija filjiem li ġejjin, il-pubbliku huwa mħeġġeġ jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jipproteġi saħħtu. Għalhekk inħeġġeġ sabiex nieħdu ħsieb lilna nfusna u lil xulxin matul dawn il-jiem ta’ sħana qawwija”. 

Dan iddikjaratu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, f’kumment li tat lil dan il-ġurnal, hekk kif pajjiżna qiegħed jesperjenza temperaturi għoljin ħafna. Prof. Gauci appellat sabiex wieħed jixrob ħafna ilma matul il-ġurnata anke jekk ma jkunx bilgħatx u sabiex wieħed jevita l-espożizzjoni diretta għax-xemx, speċjalment fil-ħinijiet ta’ bejn il-11.00 u l-4.00 p.m. 

Hija rrimarkat l-fatt li wieħed għandu jilbes ħwejjeġ ħfief, ta’ kulur ċar u biex kulħadd, kemm dawk ta’ età żgħira kif ukoll adulti u anzjani biex jużaw il-protezzjoni mix-xemx. Irrakkomandat ukoll biex wieħed jevita l-attività fiżika intensa fl-aktar sigħat sħan tal-ġurnata u biex dak li jkun iżomm id-dar kemm jista’ jkun friska u sabiex tfal jew annimali ma jitħallewx fl-ebda ħin ġo vettura pparkjatha. 

Prof. Gauci qalet ukoll: “Nappellaw ukoll lill-pubbliku biex joqgħod attent għall-persuni vulnerabbli, fosthom anzjani, trabi u tfal żgħar, nisa tqal u persuni b’mard kroniku. Żjara qasira jew telefonata jistgħu jagħmlu differenza kbira”. 

Tenniet tgħid li jekk xi ħadd jesperjenza sintomi bħal sturdament, dgħufija qawwija, konfużjoni, deni għoli jew telf tas-sensi, dan għandu jfittex assistenza medika mingħajr dewmien.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport