Thursday, April 18, 2024

“Ejjew inkunu prudenti… Il-familja tas-suspettat hija familja sewwa wkoll” – Fr. Aaron Zahra

Aqra wkoll

Wara li lbieraħ xi mezzi tax-xandir għażlu li jippubblikaw isem u r-ritratt tas-suspettat aggressur tal-femicidju li seħħ kmieni il-Ħadd filgħodu, komplew il-kummenti ta’ rabja fil-konfront tiegħu.

B’reazzjoni għal dawn il-kummenti ta’ mibegħda qasam il-ħsieb tiegħu Fr. Aaron Zahra li stieden lill-pubbliku i ġenerali biex ikun prudenti fi kliemu.

Zahra jkompli li wara l-vittma hemm familja mkissra u m’hemmx kliem biex issabarhom, iżda wara l-agressur hemm familja wkoll li żgur maħsudin bl-aħbar u mkissrin ukoll.

Huwa qal ukoll li l-familja tas-suspettat aggressur hija familja sewwa bħal kull familja oħra u żgur li ħadd minnhom ma’ kellu kontroll fuq dak li ġara.

“Kelma inqas aħjar minn waħda żejda. Huwa fatt li bħala soċjetà rridu nieħdu l-affarijiet relatati mas-saħħa mentali iktar bis-serjetà”, temm Fr. Aaron.

Ekonomija

3 KUMMENTI

  1. Ma nahsibx li xi genitur jibghat lill xi hadd min uliedu jaghmel xi atti kriminali.
    F’dawn l-affarijiet il-genituri m’ghandhomx jizzeffnu fin-nofs ghax ikollhom bizzejjed inkwiet u dawn il-kummenti jkomplu jkissruhom.

Comments are closed.

Sport