Enemalta qed taħdem biex terġa’ tagħti l-provvista tal-elettriku f’partijiet f’Birkirkara, Ħal Balzan u l-Iklin

Aqra wkoll

L-inġiniera u t-timijiet tekniċi tal-Enemalta bħalissa jinsabu fuq il-post sabiex jirrestawraw il-provvista tal-elettriku lill-klijenti milquta minn ħsarat f’partijiet minn Birkirkara, Ħal Balzan u l-Iklin.

Dawn il-lokalitajiet esperjenzaw erba’ ħsarat fuq cables separati, li kienu inċidenti distinti u mhux relatati ma’ xulxin. Ix-xogħlijiet ta’ tiswija bdew minnufih. Ta’ min jinnota li l-kumpanija tinsab għaddejja b’programm estensiv ta’ investiment mifrux fuq diversi snin biex tkompli issaħħaħ n-network tad-distribuzzjoni.

Bħala parti minn dan il-programm, huma ppjanati wkoll xogħlijiet ta’ rinfurzar f’Birkirkara, Ħal Balzan u l-Iklin sabiex ikompli jissaħħaħ n-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’dawn illokalitajiet u tipprepara n-network għad-domanda li dejjem qed tikber. Filwaqt li diġà
tlestew xogħlijiet sinifikanti, ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin biex ikomplu jtejbu rreżiljenza u l-kapaċità tan-network sabiex ikun jista’ jilqa’ għad-domanda dejjem tikber għall-elettriku.

Bħalissa, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent u l-provvista tal-elettriku terġa’ tingħata lill-klijenti affettwati fl-iqsar żmien possibbli, Enemalta qed tħaddem ġenerators f’numru ta’ substations affettwati. Ladarba jitlestew it-tiswijiet tal-cables, is-substations affettwati jerġgħu jiġu konnessi man-network nazzjonali tal-elettriku.

Bħalissa Malta qed tesperjenza temperaturi eċċezzjonalment għoljin minħabba mewġa intensa ta’ sħana, li wasslet għal livelli rekord ta’ domanda għall-elettriku. Illum, iddomanda għall-elettriku mistennija taqbeż ir-rekord preċedenti ta’ 663MW, irreġistrat fl-2023. Il-qtugħ attwali tal-elettriku huwa r-riżultat ta’ ħsarat fin-network tad-distribuzzjoni talelettriku, filwaqt li l-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tibqa’ biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda attwali.

Il-kumpanija tibqa’ ffukata bis-sħiħ biex tirrestawra l-provvista tal-elettriku lill-klijenti kollha affettwati malajr kemm jista’ jkun u b’mod sigur.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport