Thursday, May 7, 2026

ERBA’ SNIN

Aqra wkoll

Kien hemm żmien meta l-elezzjonijiet kienu jsiru kull erba’ snin. Imbagħad (jidhirli bil-Kostituzzjoni tal-Indipendenza) elezzjoni bdiet issir għal massimu ta’ ħames snin. Imma kif ġara kemm-il darba, dal-massimu ma nżammx. Mhux dejjem minħabba xi kriżi qawwija, l-elezzjonijiet ġieli nżammu eqreb l-erba’ snin.

Huwiex sinjal dan li l-bidla għal elezzjoni kull ħames snin ma kinitx f’waqtha għax gvern demokratiku jeħtieġlu jkun imġedded jew imwarrab f’anqas żmien? Min-naħa l-oħra, hemm xi perijodu li jista’ jitqies bħala demokratikament kejl tajjeb għal kemm għandhom idumu fil-kariga persuni magħżula għal kariga statali elettiva? Skont pajjiżi differenti, dan il-perijodu jvarja minn 3 snin ta’ deputat federali fl-Awstralja għal seba’ snin għall-Presidenza fil-Franza tal-ewwel snin tal-Ħames Republika.  

Niddubita kemm jista’ jkun hemm kejl wieħed ta’ żmien elettiv li jaqbel bl-istess mod għall-aspettativi demokratiċi ta’ ċittadini f’pajjiżi differenti. 

ELEZZJONI MANIĠERJALI

Din hi elezzjoni oħra li qed tiġi miġġielda u kkontestata mhux fuq linji politiċi kbar – dawk li qabel kienu jissejħu ideoloġija. Donnu li t-twemmin taż-żewġ partiti l-kbar ftit sar jiddistingwihom wieħed mill-ieħor. Minflok, l-aqwa qasma donnha hi dwar min mit-tnejn hu l-aktar kapaċi imexxi tajjeb – maniġerjalment.

F’dan il-Partit Laburista – u mhux biss għax fil-gvern imma wkoll fuq ir-rekord tiegħu – jinsab fuq quddiem. Bħala wieħed li speċjaliżża fl-istudju tat-tmexxija maniġerjali, suppost togħġobni dil-bidla fil-pajjiż li minflok fuq disputi ideoloġiċi, il-konfront iseħħ dwar  imexxi l-aħjar. 

MHUX SERVUT TAJJEB

Il-PN mhux qed ikun moqdi tajjeb mill-opinjonisti li jiktbu fil-medja biex jappoġġjawh. Ifakkruk fl-espressjoni Ingliża dwar min irid jiżfen fuq iż-żewġ saqajn tax-xellug. Dan għax waqt li jipprovaw jikkonvinċu lill-qarrejja tagħhom biex jivvotaw PN, fl-istess ħin tant ipoġġu fuqu xiljiet ta’ inkompetenza u nuqqas ta’ kredibilità li qarrej bilfors jispiċċa jistaqsi – imma kemm jagħmel sens li nivvota għal dawn in-nies?

Wieħed minnhom (m’hemmx għalfejn jissemma) naħseb kiser kull rekord taż-żfin fuq żewġ saqajn xellugin. Skont hu, l-Kap tal-Oppożizzjoni attwali jaqsam għal kollox fid-difetti, skont hu, tal-mexxejja tal-gvern – qrubija mal-interessi tal-bini, populiżmu, ħbieb tal-ħbieb, indifferenza lejn l-ambjent, wegħdi eżaġerati, eċċ. Ftit li xejn jaralu punti favorevoli. Meta jqabblu mal-gvern, jarah tal-istess pezza. Imma lanqas isemmi fejn il-gvern Laburista sejjer tajjeb… u hemm ħafna setturi fejn dan qed jiġri. Ikollok taħseb li dal-proxxmu lanqas jemmen li l-PN jista jsostni t-titjib tal-Labour. Fl-istess nifs, jinnega għal kollox li l-partiti ż-żgħar jistgħu jkollhom xi impatt elettorali. 

Xorta waħda jibqa’ jirrakkomanda li l-qarrejja jivvotaw PN! Ma titwemminx imma nimmaġina kien sinċier f’kulma qal!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport