Aktar kmieni llum twaqqaf rekord nazzjonali ġdid fejn għandhom x’jaqsmu t-tjur. Dan hekk kif saret l-itwal titjira ta’ din it-tip ta’ tajra fil-gżejjer Maltin.
It-titjira kienet tkopri d-distanza bejn il-Ponta ta’ Munqar fiż-Żurrieq u t-Torri ta’ Xutu f’Wied iż-Żurrieq, b’tul ta’ madwar 700 metru. F’dan it-tentattiv ta’ rekord kien hemm xejn inqas minn erba’ tajriet tar-razza Harris Hawk.
Din it-titjira ġiet organizzata għaċ-ċelebrazzjoni tal-15-il sena tal-ewwel klabb tal-falkunerija f’Malta (Fridericus Rex Malta Falconers).