Barra minn darhom, Manchester United għelbu lil Wigan Athletic bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima biex avvanzaw għar-raba’ round tal-FA Cup fejn hemm tistennihom partita mill-aktar faċli meta se jiltaqgħu bejn ir-rebbieħ ta’ Newport County u Eastleigh.
Bħalissa Newport jinsabu fit-18-il post ta’ League Two filwaqt li Eastleigh jinsabu fil-11-il post ta’ National League.
Ir-Red Devils fetħu l-iskor fit-22 minuta b’xutt mill-isbaħ wara li Marcus Rashford kellu xutt imblukkat.
It-team immexxi mill-manager, Erik ten Hag, seta’ għalaq il-logħba iżda Rasmus Hojlund, Rashford u Alejandro Garnacho fallew ċansijiet faċli.
Min-naħa l-oħra, Martial Godo kien se jikkastiga lill-United iżda minn taħt il-lasti naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun biex jitfgħu fix-xibka.
Peró, fl-74 minuta Bruno Fernandes rebaħ penalty, meta twaqqa’ minn Liam Shaw …. biex l-istess midfielder Portugiż ma żbaljax mill-11-il metru biex aċċerta r-rebħa u l-kwalifikazzjoni għat-team tiegħu.