Fil-futur qarib jist’ jkun li l-poplu Ingliż jibda jħallas biex jagħmel użu mill-pjattaforma popolari ta’ Facebook. Għal dawn is-snin kollha huma gawdew minn dan is-servizz bla ħlas sakemm Tanya O’Carroll fetħet kawża għad-danni kontra Facebook talli wżaw l-informazzjoni personali tagħha għal finijiet ta’ riklamar.
Il-mara ngħatat raġuni mill-qorti iżda dan wassal biex il-kumpanija tal-pjattaforma soċjali popolari tħabbar li “jista’ jkun li nniedu abbonament bi ħlas tas-sit fir-Renju Unit”.
Dan bl-argurment li r-reklami huma s-sors tad-dħul tagħhom u huwa grazzi tagħhom li s-servizz ikun jista’ jingħata b’xejn.
Sostnew ukoll li tali abbonament bi ħlas huwa diġà offrut lil ċittadini fl-Unjoni Ewropea li jużaw Facebook u għaldaqstant, issa jista’ jkun li japplikaw din is-sistema fir-Renju Unit ukoll.