Thursday, December 26, 2024

Facebook u Twitter jimbarraw lil Donald Trump

Aqra wkoll

Ilbieraħ waranofsinhar, mijiet ta’ partitarji tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump ippruvaw iwettqu kolp fuq il-Capitol, il-bini fejn jiltaqa’ l-Kungress Amerikan. Konsegwenza ta’ dan, il-Kungress kellu jsib refuġju f’numru ta’ kmamar minħabba li l-partitarji rnexxielhpom jidħlu fuq ġewwa tal-bini u jostakolaw xi partijiet mill-Capitol. Dawn l-inċidenti seħħew waqt li l-Kungress kien qiegħed jiċċertifika r-rebħa li Joe Biden, il-President-Elett tal-Istati Uniti wettaq fuq l-istess Trump f’Novembru li għadda.

Kollox beda wara li Trump, f’diskors li kien qiegħed jagħmel qal lill-partitarji tiegħu biex “flimkien” jimxu lejn il-Capitol u jipprovaw iwaqqfu lill-Kungress milli jiċċertifika r-rebħa lil Biden. Dan għaliex skont Trump, Biden u l-Viċi-President-Elett, Kamala Harris, rebħu l-elezzjoni minħabba “frodi kbar u serq fil-voti.” Indubjament, kliem Trump inċita lill-partitarji tiegħu biex ikunu agressivi tant li wettqu kaos sħiħ u pprovaw jostakolaw d-demokrazija u s-sovranità tal-Istati Uniti. Sfortunatment, matul dawn l-inċidenti jidher li erba’ persuni tilfu ħajjithom

Fid-dawl ta’ dan kollha, iż-żewġ pjattaformi soċjali l-kbar ta’ Facenook u Twitter imbarraw lil Donald Trump milli jkompli jikteb messaġġi li qed iwasslu biex issir aktar ħsara milli diġà wettaq hu fl-aħħar erba’ snin bħala l-President tad-dinja l-ħielsa.

Ekonomija

Sport