Monday, December 30, 2024

“F’din il-ħidma kollha rridu inżommu lin-nies fiċ-ċentru tagħha”- Ian Borg

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Kull membru tal-grupp parlamentari qed jirrappreżenta lil poplu Malti u Għawdxi. Irrid nara li kulħadd ikun involut u kulħdd ikun inkluż. F’din il-ħidma kollha rridu nżommu lin-nies fiċ-ċentru tagħha. Poplu mhux jara li għandu alternattiva għal dan il-partit. Ħaddieħor qed jisfrutta biss il-weġgħat tan-nies. Ħaddieħor mhux qed jagħti soluzzjonijiet. Populiżmu biss. Fadlilna riformi ambizzjużi biex niżguraw ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru Ian Borg fl-ewwel indirizz tiegħu bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet Parlamentari. Beda dan id-diskors billi rringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-fiduċja illi tawh, minn tifel ta’ ħaddiem f’raħal ċkejken spiċċa President tal-OSCE. Qal li dan ir-riżultat huwa tan-nies għaliex tawh ċ-ċans jaħdem.

Irrimarka li daħal f’din is-sala meta kellu biss 16- il sena. Din kienet Konferenza Ġenerali kritika ħafna, wara telfa elettorali tal-2003. Spejga li matul dawn it-22 sena, il-Partit Laburista, id-delegati tawh opportunitajiet kbar. Tliet mexxejja li tawh opportunitajiet kbar u li ħadem u għadu jaħdem magħhom huma; Alfred Sant, Joseph Muscat u Robert Abela.

Dwar ir-riżultati tas-Sibt filgħaxija, il-Ministru Borg qal li dan ċekknu u li aċċettah. b’umilta’ naċċettah. Irringrazzja lill-diversi persuni li kienu ta’ għajnuna kbira. għalih biex irnexxielu jikseb dak li llum qiegħed jokkupa.

Saħaq li se tkompli l-ħidma biex ikun. hemm sinerġija aħjar bejn il-partit u l-grupp parlamentari u li l-politiċi bħalissa qed jaħdmulejn ir-raba’ rebħa elettorali storika. Dwar dan, huwa kompla jgħid; “Mhux faċli. Ħadd m’għamilha imma mhux impossibbli jekk inkunu magħqudin. Fil-fehma tiegħi biex naħdmu lejn din ir-raba’ fiduċja konsekuttiva, irridu nemmnu fina nfusna. Irridu nemmnu li aħna qegħdin fil-post it-tajjeb. Li dan huwa l-aħjar partit għall-Maltin u l-Għawdxin kollha”

Dwar pajjiżna u l-futur, id-Deputat Mexxej il-ġdid qal; “Fuq kif nixtiequ Malta fl-2040, viżjoni ta’ 15-il sena. Mhux jekk jitilgħu sentejn oħra naraw. Irridu ngħidu x’nixtiequ għal pajjiżna li tant inħobbu. Il-viżjoni mhux illi togħġob lil kulħadd. Lanqas li twiegħed dak li ma jistax isir. Għandna track record pożittiv. Għandna l-kredibilitá”.

Qal ukoll li f’pajjiżna, hemm bżonn illi tirrenja u tidħol lura s-serenita’ bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura. Elenka li jixtieq ikompli jaħdem id f’id, spalla ma’ spalla, mal-mexxeja l-oħra, ikompli jaħdem fuq dawn id-diversi oqsma u setturi li semmejt nżiguraw li l-gvern dejjem ikun iżjed kordinat, effettiv.

Tenna li l-Gvern se jkkompli jiddefendi lin-nies u li l-Gvern se jkompli jaħdem għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Aħna pajjiż żgħir iżda nazzjon kbir. Temmjgħid; “Dan il-partit li huwa l-akbar forza politika li għandna ejja nżommuh miftuħ ħal kulħa,, għal minn lest li jħaddan l-ideal u l-prinċipjii li sawruh”.

Ekonomija

Sport