Sunday, December 22, 2024

Fiduċja fil-GWU mill-ħaddiema tal-Kummissjoni għat-Tfal

Aqra wkoll

Wara eżerċizzju ta’ verifika mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali, il-General Workers’ Union (GWU), permezz tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Serviżżi kisbet rikonoxximent ewlieni fir-rappreżentanza tal-ħaddiema tal-Kummissjoni għat-Tfal.

Il-proċess ta’ verifika kkonkluda li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tal-Kummissjoni ssieħbu fil-GWU u għaldaqstant iridu lill-Union taġixxi f’isimhom kollettivament u individwalment.

Wara dan il-proċess, it-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi ser tibda minnufih taħditiet mal-Kummissjoni bil-għan li jwasslu għal ftehim kollettiv li jkopri l-kategoriji kollha tal-ħaddiema.

In-negozjar bejn iż-żewġ naħat mistennija jtejbu l-pakket finanzjarju u kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.

Is-Segretarja tat-Taqsima, Riccarda Darmanin irringrazzjat lill-ħaddiema għal fiduċja tagħhom fil-GWU u tħares ‘il quddiem biex flimkien mal-Management tal-Kummissjoni taħdem għal ġid tal-impjegati kollha

Ekonomija

Sport