Finlandiż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dal-lejl għall-ħabta tal-4.30am kien involut f’argument quddiem stabbiliment tad-divertiment fi Triq ix-Xlendi, il-Munxar f’Għawdex.
Sorsi qrib dan is-sit qalulna li l-Fillandiż kien għal xi ħin il-Grotta flimkien ma’ persuni oħrajn fejn hekk kif ħarġu barra nqala l-argument.
Fuq il-post mar tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li wara li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel, ittieħed l-isptar b’ambulanza għal aktar kura.
Il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.