Monday, April 22, 2024

“F’każ ta’ inċident morru għat-testijiet għax ma tafux kif tiġikom”

Iqabbel żewġ inċidenti fil-korsa tal-Marsa u jappella għal prekawzjoni

Aqra wkoll

Wara inċident bħalma kellna l-Ħadd, morru u għamlu check up l-Isptar għax wara d-daqqa ma tafux x’konsegwenzi hemm. Il-prekawzjoni hija parti mill-kura, imma l-ilbies protettiv jista’ ma jkunx biżżejjed f’ċertu każijiet. Iddikjara dan il-fotografu rinomat fost id-dilettanti taż-żwiemel fil-Marsa Alex Azzopardi filwaqt li rrefera għal inċident li seħħ fis-sitt tigrija f’waħda mill-heats tat-Tazza l-Kbira fejn kellha tiġi mwaqqfa.

L-inċident tal-2020 … Ritratti: Alex Azzopardi

Alex xerred fuq il-profil tiegħu ritratti tal-inċident li kien seħħ fl-2020 u li ftit jiem warajh kien tilef ħajtu l-ġerrej involut. Azzopardi, b’esperjenza kbira fil-korsa tal-Marsa fakkar li għalkemm mhux magħruf jekk l-inċident setax kien il-kawża tal-mewt tiegħu, huwa kien irrifjuta li jmur għal iżjed testijiet l-Isptar.

Il-ġerrejja Dylan Baldachino u Daniel Hili

Azzopardi awgura fejqan ta’ malajr li Dylan Baldachino u Daniel Hili – iż-żewġ ġerrejja żgħażagħ involuti fl-inċident tal-Ħadd.

Sport