Saturday, December 28, 2024

Fl-2023: Is-self ta’ kotba jilħaq is-685,496

- Żieda ta' 3.9% fuq is-sena ta' qabel

Aqra wkoll

Meta wieħed jaqra jkun qed jeżerċita bosta benefiċċji fosthom li l-moħħ jiġi stimulat fl-immaġinazzjoni u wkoll jerfa’ fi h ideat li wieħed jista’ jutilizza fi l-ħidma tiegħu. Il-qari jgħin ukoll sabiex nikbru mentalment, emozzjonalment u psikoloġikament.

Apparti dan kollu, il-qari jagħmel lil persuna waħda aktar kolta. Il-qari wkoll inaqqas ħafna l-istress, li llum sar wisq komuni fi l-ħajja tagħna, jgħin ukoll fi d-dipressjoni għaliex inaqqas l-okkorrenzi dipressivi, u jnaqqas il-livelli ta’ tensjoni. ll-qari jistimula l-parti tal-moħħ li tittratta d-dipressjoni wkoll.

F’pajjiżna qed naraw żieda fil-qari, liema ġiet ikkonfermat miċ-ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li wera li fl-2023, is-self tal-kotba laħaq is-685,469, żieda ta’ 3.9 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.

FʼGħawdex, il-biċċa l-kbira tas-self tal-kotba kien irreġistrat fil-librerija pubblika tar-Rabat bi 30,962, segwit mil-librerija pubblika tan-Nadur b’24,253. F’Malta, fil-lokalità taʼ Ħaż-Żebbuġ irreġistrat tnaqqis kbir (-87.1 fil-mija), b’tali mod li din il-lokalità kkontribwiet għat-tnaqqis ġenerali taʼ 9.7 fil-mija fʼdan id-distrett, sena għal sena.

Il-libreriji pubbliċi tad-distrett tax-Xlokk irreġistraw tnaqqis ta’ 6.8 fil-mija fis-self tal-kotba. Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-akbar tnaqqis fis-self tal-kotba mil-libreriji pubbliċi kien irreġistrat fʼĦal Għaxaq, fil-Gudja u fl-Imqabba. Min-naħa l-oħra, fl-istess distrett kienet irreġistrata żieda ta’ 48.5 fil-mija fis-self mil-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk.

Fl-2023, il-libreriji pubbliċi kisbu 39,881 ktieb, li hija żieda ta’ 24.1 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. L-akbar żieda fil-ksib tal-kotba kienet irreġistrata bid-donazzjonijiet li żdiedu bʼ4,902 kotba. Warajhom, żdiedu l-kotba diġitali li telgħu bi 3,892. Min-naħa l-oħra, meta mqabblin mas-sena ta’ qabel, il-libreriji pubbliċi rreġistraw tnaqqis ta’ 1,037 ktieb fil-ksib tal-kotba permezz tax-xiri.

Fl-2023, il-membri l-ġodda tal-libreriji pubbliċi laħqu t-8,188, liema ċifra hija żieda ta’ 37.7 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Bl-istess mod, is-sehem ta’ persuni taħt l-età ta’ 18-il sena fost il-membri l-ġodda tal-libreriji tela’ minn 41.1 għal 46.3 fil-mija.

Ekonomija

Sport