Thursday, April 30, 2026

Fl-Iskozja: Sandy Davidson, 50 -il sena minn meta sparixxa.

Aqra wkoll

F’April tal-1976, Sandy Davidson, li kellu biss tliet snin kien qed jilgħab ma’ oħtu, Donna fil-ġnien tad-dar tan-nanniet tiegħhom f’Irvine, meta l-kelb tal-familja ħareġ jiġri fit-triq.

Sandy ġera wara l-kelb waqt li oħtu qalet lin-nanniet tagħha x’kien ġara qabel ma ħarġet hi ukoll fit-triq. Sa dan it-tant, Sandy kien diġà sparixxa – u minn dakinhar, qatt ma reġa’ deher.

Matul is-snin kien hemm teoriji dwar x’seta’ ġralu t-tifel, minn teoriji li waqa’ fix-Xmara fil-qrib ta’ Annick kif ukoll teoriji li ttieħed minn raġel li kien qed iqassam fuljetti.

Donna issa nediet appell biex tfakkar il-50 anniversarju minn meta sparixxa Sandy bit-tama li xi ħadd jista’ jsib iktar informazzjoni fuq il-każ.

Permezz ta’ stqarrija mill-Pulizija tal-Iskozja, Donna, li kellha sentejn meta ħuha sparixxa, esprimiet kemm hu ta’ qsim il-qalb li għad m’għandha l-ebda tweġiba dwar x’ġara fil-jum li ħuha sparixxa.

Donna qalet lill-BBC li temmen li Sandy m’għadux ħaj. Qalet “Kuljum naħseb dwaru u kuljum nipprova niftakar memorji.”

Margaret u Phillip, il-ġenituri tat-tifel, jemmnu li binhom kien ittieħed minn raġel waħdu li ried tifel tiegħu stess.

Meta sparixxa Sandy, tnediet tfittxija kbira mill-pulizija, filwaqt li x-xogħol fuq id-djar u l-iskejel fil-qrib kien sospiż. Minkejja l-isforzi, Sandy qatt ma nstab.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport