Wednesday, January 1, 2025

“Flimkien għal sena isbaħ u aktar ferriħija!”- Puttinu Cares jawgura s-sena t-tajba

Aqra wkoll

Is-Sena t-Tajba mingħand it-Tim kollu ta Puttinu Cares. Reżoluzzjonijiet ġodda għal sena aħjar:

1. Ingerger inqas. Napprezza li għandi u nħossni kuntent/a

2. Ngħin iżjed. Għax problema ma taffettwax lili ma jfissirx li nħalli lil ħaddieħor ibati waħdu.

3. Niekol aħjar. Ikel sustanzjuż, mhux dieta.

4. Ma ngħirx. Ma nipprovax intellef lil ħaddieħor jilħaq il-ħolm tiegħu/tagħha. Naħdem biex inkabbar it-talenti tiegħi

5. Nibgħat messaġġ sabiħ lil xi ħadd għażiż darba fil-ġimgħa.

Dan qalitu Puttinu Cares fuq il-paġna ta’ Facebook, fejn irrimarkat li flimkien il-poplu se jkollu sena isbaħ u aktar ferriħija!

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport