Sunday, December 22, 2024

F’Ottubru 6.5 miljun passiġġier użaw it-Trasport Pubbliku

Aqra wkoll

F’Ottubru li għadda 6.5 miljun passiġġier għamlu użu mit-Trasport Pubbliku fil-gżejjer Maltin. Dan ifisser li qabżet ir-rekord preċedenti ta’ 6.1 miljun reġistrat f’Awwissu 2023.

Fi stqarrija l-Malta Public Transport qalet li din iż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri hi attribwita għall-investiment riċenti fi 30 karozza tal-linja ġodda li jaħdmu kompletament bl-elettriku.

“Mat-tnedija ta’ dawn it-30 karozza tal-linja elettriċi f’Settembru 2023, Malta Public Transport ġiet ikkuntrattata biex topera 410 vjaġġ addizzjonali ta’ kuljum. Din l-espansjoni rriżultat f’żieda fil-frekwenzi u kapaċità mtejba fuq 16-il rotta ewlenija li jgħaqqdu lokalitajiet b’domanda għolja ta’ passiġġieri madwar Malta. Il-karozzi tal-linja elettriċi l-ġodda ma jarmu l-ebda emissjoni, u dan mistenni li jwassal għal tnaqqis annwali ta’ aktar minn 1,800 tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju biex b’hekk tikkontribwixxu għall-isforzi nazzjonali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet li jagħmlu ħasra lill-ambjent,” intqal fl-istqarrija.

Ekonomija

Sport