Ftit tal-ħin ilu, il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa biex jikkontrollaw nirien li ħakmu garaxx fi Triq il-Kunċizzjoni l-Imsida.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza wara li jidher li kien hemm persuna li sfat feruta.
Il-pulizija jinsabu wkoll fuq il-post li mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom.
Aktar dettalji dalwaqt…


