Wednesday, April 24, 2024

“Ġentlom mal-kollegi, ħbieb u pazjenti”

Jingħata l-aħħar tislima Jesmond Galea

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Folla kbira ta’ nies dalgħodu nġabru fil-Bażilika ta’ Raħal Ġdid biex isellmu l-memorja ta’ Jesmond Galea.

Iċ-ċelebrant tal-quddiesa Dun Gilbert Scicluna ddeskrivih bħala ġentlom u fakkar dwar l-imħabba ta’ Galea lejn il-proxxmu u kif għalih il-ħajja tal-kollegi tiegħu jekk mhux saħansitra tal-pazjenti li kien jassisti ta’ kuljum qabel l-interessi personali tiegħu. Dan ma jnaqqas xejn mill-imħabba tiegħu lejn il-familja li kellha post speċjali f’qalbu.

Preżenti jakkumpanjawh fl-aħħar vjaġġ tiegħu kien hemm kollegi mill-Isptar Mater Dei u uffiċjali oħra li kellhom rispett kbir lejn Galea mhux biss bħala kollega iżda fuq kollox bħala ħabib.

L-aħbar tal-mewt ta’ Galea ħasdet lil bosta li għalkemm kien jafu li kien qiegħed jissielet il-marda tal-kanċer ma basrux li kien se jkollhom jaslu biex jagħtuh l-aħħar tislima.

Sport