Saturday, December 21, 2024

“Għad hawn preġudizzju … il-Europride hija okkażjoni biex nedukaw”

... vandalizzata tabella ta' promozzjoni tal-Europride 2023

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Minkejja numru ta riformi li għamilna, minkejja l-qafas legiżlattiv b’saħħtu li għandna fil-pajjiż, xorta waħda sfortunatament naraw li għad hawn preġudizzju”. Iddikjarat dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg f’kumment lil dan is-sit b’rabta mal-vandaliżmu fuq tabella li kellha l-għan li tippromwovi l-attivitajiet li se jkunu qegħdin isiru f’pajjiżna bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru.

Buttigieg kompliet biex tfakkar dwar il-bżonn li jkomplu jittellgħu dawn l-attivitajiet u li taħżiż u kliem ta’ mibegħda lejn dawn il-persuni jkomplu jikkonfermaw kemm illum aktar minn qatt qabel għandna niċċelebraw ma’ din il-komunità.

Hija sostniet li l-Europride hija okkażjoni ta’ attiviżmu fejn il-komunità tingħaqad u tagħti vuċi lil din il-komunità ta’ persuni li jeħtieġ li jgħinu biex jiżdied l-għarfien u l-edukazzjoni biex fejn hemm bżonn tinbidel il-mentalità ta’ xi wħud.

Ekonomija

Sport