Tuesday, December 24, 2024

Għal Grech it-twaqqif tal-Awtorità għat-Tibdil fil-Klima hi pass fid-direzzjoni t-tajba iżda “ftit wisq”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Hekk kif kompla jiġi diskuss l-Abbozz ta’ liġi fuq Azzjoni dwar l-Klima, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iddikjara li t-tnedija tal-Awtorità dwar it-Tibdil fil-Klima, fid-dawl ta’ kollu li seħħ fl-aħħar snin u fid-dawl tal-għarfien dinji li qed jiżdied fuq dan is-suġġett huwa pass fid-direzzjoni t-tajba.

Madankollu, huwa sostna li dak li qed jiddiskutu kienet miżura li ħabbru meta kienu fil-Gvern fl-2012 u reġgħu proponew fl-2019 meta saħqu li Malta għandu jkollha aġenzija li tindirizza miżuri li jnaqqsu t-tibdil fil-klima. Qal li kull ġurnata li għaddiet huwa żmien mitluf u anke opportunitajiet miitlufa.

Dr Grech qal li s-suġġett tat-tibdl fil-klima jixraqlu aktar serjetà. Żied jgħid: “li twaqqaf Aġenzija li tagħha nħasset il-ħtieġa 10 snin ilu huwa ftit wisq. il-Gvern irid jimpenja ruħu bis-serjetà sabiex il-miri 2030-2050 jintlaħqu. Għadna ‘l bogħod ħafna u għalhekk jeħtieġ li ssir azzjoni llum.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni tenna jgħid li biex ikun indirizzat it-tibdil fil-klima jeħtieġ tibdil mir-retorika għall-azzjoni. Però fuq kollox rieda politika, li dak li hemm bżonn nagħmlu, irridu naqblu fuqu biex nimxu ‘l quddiem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu, għal uliedna u għal ulied uliedna.

Ekonomija

Sport