Saturday, December 21, 2024

“Għalfejn ħallejtna waħidna pa?” … Isellmu l-memorja ta’ Daniel Spiteri

Aqra wkoll

Daniel Spiteri huwa r-raġel li aktar kmieni tilef ħajtu f’inċident fi Triq Belt il-Ħażna fil-Marsa.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm l-istess ibnu li fakkar lil missieru bħala raġel bieżel li dejjem ħadem għall-familja. Huwa staqsa għalfejn kellu jħallihom waħidhom proprju waqt li kien fuq il-lant tax-xogħol.

Persuna oħra qalet li tinsab maħsuda bl-aħbar li Daniel kien mar għax-xogħol bħas-soltu u ma kienx se jirritorna bħas-soltu.

Spiteri, ta’ 47 sena minn San Ġwann miet f’inċident li seħħ aktar kmieni wara li waqa’ madwar sular u nofs għoli hu u jagħmel xi xogħol.

Fil-post issejjaħ tim mediku iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fil-post.

Ekonomija

Sport