Monday, November 25, 2024

“Għandu jkun hawn liġijiet relatati mat-tgħammir u tnissil tal-annimali”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat Laburista Jean Claude Micallef waqt diskors fil-parlament b’rabta mal-Ministeru tal-Agrikoltura u s-Sajd qal li jeħtieġ li f’pajjiżna ma tibqax tirrenja l-liġi tal-ġungla fejn jidħol it-tagħmir u tnissil. Huwa qal li pajjiżna għandu jħares lejn liġijiet f’pajjiżi bħalma huwa l-Olanda li jaraw li ma jkunx dritt tal-bniedem li jkun jista’ jgħammar xi razza partikolari meta, kif u kemm irid. 

Tkellem dwar l-importanza tas-sajjieda u l-bżonn li nitgħallmu mingħandhom. Sostna li bħala Xlukkajr, is-sehem tiegħu u dedikat lejn is-sajjieda, il-bejjiegħa u l-familji tagħhom. Huwa qal li jixtieq li jara dipartiment li jissalvagwardjaw lis-sajjieda tagħna u li jara li dawn ma jsofrux inġustizzji waqt li joħorġu jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.

Sport