Wednesday, April 24, 2024

Grupp ta’ kaċċaturi u nassaba jerġgħu jagħmlu donazzjoni għall-proġett tal-gamiem tal-FKNK

Aqra wkoll

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) rringrazzjat lil grupp ta’ kaċċaturi u nassaba membri mis-‘South’ ta’ Malta, immexxija minn Pierre Annati, li għall-ħames sena konsekuttiva ġabru donazzjoni biex isservi ta’ kontribuzzjoni għall-Proġett tat-Trobbija u Tluq tal-Gamiem tal-FKNK. Għad-donazzjoni ta’ din is-sena kkontribixxew ukoll tlett membri oħra fuq inizjattiva personali u l-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti – Distrett Żurrieq fi ħdan l-FKNK, u b’hekk inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,860.

Fi stqarrija, intqal li din id-donazzjoni flimkien ma’ kull għajnuna oħra mill-membri, kif ukoll minn sorsi oħra, jimlew lill-FKNK b’kurraġġ kbir biex ikomplu b’dan il-proġett li jiswa ħafna flus, pero li huwa tant importanti għal ġejjieni tal-kaċċa u l-insib tal-gamiem fir-rebbiegħa.

Id-donazzjoni saret mill-kontributuri lill-Kunsill tal-FKNK waqt żjara fl-uffiċini tal-FKNK, fejn dawk preżenti setgħu jiċċaraw xi mistoqsijiet li kellhom mall-membri tal-Kunsill tal-FKNK.

Sport