Wednesday, April 24, 2024

“Malta se tkun l-ewwel pajjiż fl-UE fejn l-anzjani jkunu protetti minn reati ta’ hate-crime”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-winding up tal-abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu se jibda jitqies bħala reat li xi ħadd jattakka, jintimida, jew jirredikola persuna għax tkun anzjana jew b’diżabilità, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li Malta se tkun l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn l-anzjani se jkunu protetti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reati fosthom dwar hate-crime. U mal-ewwel sitt pajjiżi fl-UE li tagħti din l-għodda għall-persuni b’diżabilità.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li isem pajjiżna se jitniżżel fl-istorja bħala dak il-pajjiż li jrid jagħmel differenza u jrid ikun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra. Hija saħqet ukoll li l-persuni b’diżabilità huma wkoll ċittadini Ewropej u esprimiet ix-xewqa tagħha li tara dan it-tip ta’ framework jiġi estiż ukoll fuq livell Ewropew. “Se nimbuttaw dan il-kunċett biex aktar pajjiżi jieħdu l-eżempju ta’ pajjiżna,” tenniet il-Ministru Farrugia Portelli.

Sport