Friday, April 26, 2024

“Iż-żmien twil li ilni naffaċċja d-diżabilità tagħni qoxra biex nilqa’ għal ċertu attakki”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li tkellmet il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli fil-winding up tal-abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu se jibda jitqies bħala reat li xi ħadd jattakka, jintimida, jew jirredikola persuna għax tkun anzjana jew b’diżabilità intervjena d-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar li semma kif mhux kulħadd kapaċi jilqa’ għal “daqqiet kodardi li jagħmlu ħsara.”

Cutajar żied jgħid: “jiena ż-żmien twil li ilni naffaċċja d-diżabilita tagħni qoxra biex nilqa’ għal ċertu attakki. Ma nistax nagħti garanzija li dik il-qoxra hija ħoxna biżżejjed biex nilqa’ għal kull daqqa però s’issa, ħażin u tajjeb, dejjem ilqajt jiena personali.

“Però mhawnx jien biss persuna b’diżabilità. M’hawnx jien biss li għandha element ta’ vulnerabblità f’ħajitha f’dan il-pajjiż u mhux kulħadd għandu l-istess qoxra.

“Hemm min id-diżabilità rnexxielu jirkibha, jirbħilha u jmexxi b’ħajtu. Hemm min dik il-battalja għadu jiġġilidha, jekk jaqla daqqa’ bħal din dik il-battalja jitlifha żgur jew jista’ jaqta’ qiesu li jirbaħha xi darba,” sostna Cutajar filwaqt li qal li jeħtieġ li ssir qabża fil-maturità f’dan ir-rigward.

Sport