Wednesday, April 24, 2024

Gvernijiet suċċessivi ħallew akkumulazzjoni ta’ €5 biljuni f’kontijiet li ma tħallsux

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li “jekk ikolli nagħsar u niġbor is-sugu u l-kontenut ftit li xejn kien hemm”, waqt li esprima l-ħsieb tiegħu dwar id-diskors tan-naħa tal-Oppożizzjoni b’rabta ma’ dak li kien qiegħed jiġi diskuss.

Caruana beda biex jindirizza l-problema tal-ġbir tat-taxxa. Caruana qal li f’Marzu li għadda bħala Ministru kien trasparenti, tkellem dwar differimenti tat-taxxa biex jagħti nifs, iżda qal ukoll li t-taxxi li kienu qed jiġu differiti, il-gvern kien qiegħed jagħti inċentiv anke jekk kellu jiddisponi minn art jew proprjetà li kellu biex jaqta’ mill-kontijiet li kellu. Huwa qal li r-rapport tal-awditur meta jitkellem fuq it-taxxa ta’ pajjiżna jirrimarka li f’dan il-pajjiż, matul is-snin akkumulaw f’kontijiet pendenti li ma tħallsux €3.5 biljuni kontijiet ta’ VAT, €1.5 biljuni f’kontijiet li ma tħallsux u dan ifisser li gvernijiet suċċessivi ħallew €5 biljun f’kontijiet jakkumulaw. Huwa qal li din l-inizjattiva tħabbret f’dan l-isfond biex dak li għandu jitħallas jitħallas mingħajr ma jħares lejn wiċċ ħadd.

Sport