Tuesday, April 30, 2024

Ħabat f’karozza pparkjata u nqaleb fl-Imġarr

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena mill-Fgura kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara li madwar sagħtejn ilu kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr.

Jirriżulta li kien għall-ħabta tal-5.00 pm meta fi Triq Sir Temi Zammit is-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza, ħabta ma’ oħra li kienet ipparkjata u nqaleb.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa. Hu ngħata l-assistenza fuq il-post kemm mit-tim mediku ta’ Mater Dei u anke mill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili.

Sport